Dawk kollha li huma interessati fit-tour tal-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Sampdoria huma mitluba jattendu għal laqgħa li se ssir is-Sibt 19 ta’ Marzu fit-15:00.
Il-laqgħa se ssir fis-sala tal-klabb, li jinsab fi Triq l-Għajn, fl-Imrieħel, u matulha jingħataw l-aħħar dettalji dwar kif se jkun imqassam dan it-tour.
Min jixtieq iktar assistenza jista’ jkellem lil David Baldacchino fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment