L-eks plejer ta’ Juventus Alessio Tacchinardi sostna li l-polza tas-semifinali kontra Monaco kienet l-aħjar polza possibbli għall-Bianconeri.
“Hija polza mill-aqwa għal Juventus għaliex Monaco huma l-iktar tim dgħajjef mit-tliet timijiet possibbli. Bla dubju li Monaco ħaqqhom kull rispett però l-ewwel partita f’Monte Carlo se tkun importanti. Għalkemm kienet polza tajba għal Juventus, iridu jkunu attenti mill-Franċiżi biex ma jwettqux xi sorpriża.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com