L-edizzjoni li jmiss tal-JCMCB Live Chat Show se jkollha lill-eks plejer internazzjonali Malti Andre Schembri bħala l-mistieden prinċipali. Flimkien mal-eks President tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero Jean Borg, hu se jitkellem dwar il-karriera mill-isbaħ tiegħu, li issa se tieħu żvolta ġdida.

Inċidentalment din se tkun ukoll l-ewwel darba li Andre’ Schembri se jkun il-mistieden ta’ xandira diretta mindu iktar kmieni llum ħabbar li rritorna ma’ Apollon F.C. fejn se jmexxi l-iskwadra ta’ taħt il-15-il sena bħala kowċ.

Fl-istess edizzjoni, li tixxandar il-Ħamis li ġej bejn is-19:00 u t-20:00 fuq il-paġna ta’ Facebook tal-klabb, se jkun mistieden ukoll Noel Borg li għandu kollezzjoni unika ta’ flokkijiet oirġinali, milbusa u ffirmati minn plejers, eks plejers u leġġendi ta’ Juventus.