Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri tkellem f’intervista għal Sky Sports fejn sostna li Juventus għandhom jiffukaw l-ewwel fuq il-partita kontra Palermo jekk iridu verament jirbħu l-kampjonat għas-sitt darba konsekuttiva.

“L-ewwel irridu naħsbu fuq il-partita kontra Palermo. Huma logħbiet bħal dawn fejn huma prezzjużi t-tliet punti għaliex huma logħbiet hekk li jrebbħuna l-kampjonat. Minn mindu Diego Lopez laħaq kowċ ta’ Palermo għamlu avvanz tajjeb. Huwa tim organizzat u dixxiplinat iktar u mill-ewwel minuti tal-logħba jkunu aggressivi.”

“Baqa’ biss 14-il loghba għat-tmiem tal-kampjonat u żbalji banali jistgħu jikkaġunawlna r-rebħ tat-titlu. Irridu jkollna mentalità rebbieħa anke meta l-affarijiet ma jiġux kif nixtiquhom aħna, irridu nibqgħu pożittivi. Il-plejers din jafuha u kburi ngħid li dejjem kienu responsabbli.”

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280