Massimiliano Allegri fl-aħħar jista’ jitbissem hekk kif il-lista ta’ plejers nieqsa minħabba injuries diversi qed tonqos ma’ kull jum li jgħaddi.

Kontra Milan filfatt se jkunu disponibbli kemm Paulo Dybala kif ukoll Mario Mandžukić. Dan wara li l-kriżi fl-attakk sfurzat lill-kowċ ta’ Juventus biex jibda lil Moise Keane u Federico Bernardeschi waqt li kellu jissejjaħ ukoll Stephy Mavididi mill-iskwadra U23.

Cristiano Ronaldo wkoll qed jirkupra tajjeb u dejjem iktar jikber l-ottimiżmu li jilgħab kontra Ajax. Dan filwaqt li l-kundizzjoni ta’ Spinazzola mhix tinkwieta lil Juventus, hekk kif hu għandu biss fastidju fl-irkoppa.

Id-dubju hu dwar Douglas Costa, li l-kundizzjoni tiegħu kienet analizzata matul il-ġurnata biex ikun deċiż jekk jissejjaħx mal-iskwadra jew le.

Juan Cuadrado, Andrea Barzagli u Mattia Perin għad fadlilhom l-aħħar jiem biex matul il-ġimgħa d-dieħla jirritornaw mal-iskwadra, waqt li Sami Khedira għadu jrid jirkupra r-ritmu tal-logħob wara xhur nieqes mill-azzjoni.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280