Pessimiżmu fil-Kroazja wara l-injury li wasslet biex Marko Pjaca kellu jinbidel waqt il-logħba tal-Kroazja.
Pjaca deher jilwi rkopptu b’mod mhux naturali waqt azzjoni, u hemm biża’ li dan wassal biex ġew affettwati l-ligamenti. Jekk dan ikun ikkonfermat minn testijiet mediċi li jsiru llum, Pjaca jkollu xhur sħaħ nieqes mill-azzjoni.
Il-kowċ nazzjonali tal-Kroazja, Ante Čačić, ukoll esprima t-tħassib tiegħu meta fi tmiem il-logħba qal li “sfortunatament jidher li sofra injury serja.”
L-istess id-difensur Domagoj Vida, li qal li aktarx l-injury ta’ Pjaca hi waħda serja.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






