Dik li bdiet bħala battuta bejn Paulo Dybala u Alessandro Del Piero jidher li se tinbidel fi sfida vera li tipprometti spettaklu.

Kien waqt edizzjoni ta’ Sky Sport li Del Piero sfida lil Dybala għal kompetizzjoni ta’ min jagħti l-aħjar freekicks. Paulo Dybala fuq Twitter aċċetta.

Kien hawn li qabeż Buffon li indirizza liż-żewġ plejers: “Agħżlu post u ħin.” B’hekk jidher li anke l-goalkeeper hu magħżul, u se jkun leġġenda ieħor ta’ Juventus.

Sors: Twitter

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280