L-istaġun 2018/19 ta’ Juventus se jkun qed jibda fid-9 ta’ Lulju.
Kif kien imħabbar ftit jiem ilu, Juventus mhux se jkunu qed jibqgħu jużaw iċ-ċentru ta’ Vinovo iżda se jkunu qed jibdew jaħdmu ġewwa Continassa, viċin aktar tal-Allianz Stadium.
L-ewwel logħba ta’ ħbiberija ta’ Juventus se tkun fis-26 ta’ Lulju kontra Bayern München li se tkun parti mill-International Champions Cup.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com