F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita kontra AC Milan fil-kwartifinali tal-Coppa Italia, Massimiliano Allegri sostna li se jkun hemm xi tibdil rigward plejers però sostna li hemm possibbiltà kbira li tinżamm l-istess formazzjoni li ntużat kontra Lazio.
“Se nagħmlu xi tibdil għal kontra Milan, speċjalment wara li għamilna l-aħħar logħba b’intensità kbira fuq l-avversarji. Hija kompetizzjoni knockout allura rridu l-iktar plejers friski possibbli għal din il-logħba u nhar il-Ħadd li ġej għandna konfront diffiċli kontra Sassuolo allura bilfors irridu ndawru xi plejers.”
“Fid-difiża għadni rrid nara sew is-sitwazzjoni ta’ Chiellini u Bonucci wara li għamlu xi xhur barra mil-logħob u rrid inkun ċert li min jilgħab jiflaħ possibbiltà ta’ 120 minuta. Fl-attakk Dybala fl-aħħar partita kellu prestazzjoni mill-aqwa u kien strumentali fir-rebħa filwaqt li Higuaín jaf ikun fil-formazzjoni inizjali però skont kif ħa noħorgu bħala formazzjoni. Pjaca u speċjalment Marchisio mhux se jkunu qed jibdew il-partita.”
“Is-saħħa tagħna għandha tkun li nilagħbu kalmi u nużaw rasna. Il-valuri u r-riżultati tat-tim joħorġu fl-istaġun kollu però dak li jgħodd hu min ikun fil-quċċata wara li tispiċċa l-aħħar logħba tal-kampjonat f’Mejju.”
Massimiliano Allegri ġie mistoqsi fuq l-avversarji fejn saqsewh jekk rebħa tkunx tpattija għaż-żewg konfronti preċedenti ta’ dan l-istaġun kontra l-istess tim.
“Jekk nitkellem fuq tpattija ma naħsibx li tagħmel sens. Il-logħba ta’ nhar l-Erbgħa hija logħba importanti ħafna u li aħna lkoll irridu nirbħu. Preżentement Milan qed ikollhom staġun tajjeb u jekk ittihom nofs ċans kapaċi jikkastigawk. L-objettiv tagħna hu li nirbħu l-Coppa Italia għat-tielet sena konsekuttiva, xi ħaga li l-ebda tim fl-Italja ma’ rnexxielu jagħmel.”
Sors: TuttoJuve
Ħalli Kumment