Iktar kmieni llum waranofsinhar saret b’suċċess l-operazzjoni fl-irkoppa tal-midfielder tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ Juventus Claudio Marchisio.

L-intervent kirurġiku kellu jsir wara li l-Ħadd li għadda, waqt il-logħba kontra Palermo, l-istess Marchisio ċarrat il-ligamenti tal-cruciate fl-irkoppa.

Mil-lum Marchisio jibda jirkupra minn din l-injury kerha li mistennija żżommu barra mil-logħba għal perjodu ta’ bejn erba’ jew sitt xhur.

Sors: Juventus/Gianluca di Marzio