Żewġ gruppi ta’ ultras, ewlenin fosthom Viking, imma issa assistiti wkoll minn Gruppo Nucleo, għaddejjin bi protesta li ilha għaddejja għall-aħħar xhur.
L-ewwel protesta saret fis-6 ta’ Frar, fid-derby, meta strixxun ma tħalliex jiddaħħal fil-grawnd waqt il-kontrolli ta’ qabel il-logħba. L-azzjoni ttieħdet mill-Questura di Torino.
Minn dakinhar, il-Questura baqgħet konsistenti li ma jitħallewx bnadar jew strixxuni bis-simbolu jew bl-isem Viking “wara episodji u aġir mill-membri u mexxejja tal-grupp Viking li ma jirrispettawx ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-faċilitajiet sportivi.”
Din l-azzjoni mistennija ddum matul l-istaġun kollu sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni kuntrarja.
Sors: JuveNews
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com