Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero qed isejjaħ laqgħa importanti għal dawk kollha li se jitilgħu mal-klabb, jew ibbukkjaw biljetti magħna, għall-aħħar logħba tal-kampjonat.
Il-laqgħa se ssir nhar it-Tnejn, 2 ta’ Mejju fis-19:00.
Hu mistenni li qabel din il-laqgħa tkun ġiet komunikata b’mod uffiċjali d-deċiżjoni dwar jekk il-logħba kontra Sampdoria hix se tintlagħab nhar is-Sibt, 14 jew il-Ħadd, 15 ta’ Mejju.
L-attendenza għal din il-laqgħa hi importanti ħafna hekk kif dawk preżenti se jingħataw l-aħħar dettalji.
Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
L-Imrieħel.