Il-midfielder Franċiż Mario Lemina, li ssieħeb ma’ Juventus fis-sajf li għadda, irritorna fl-azzjoni l-Erbgħa f’San Siro kontra l-Inter.

Hu daħal fl-azzjoni minflok l-eks-Interist Hernanes fil-71 minuta fis-semifinali tal-Coppa Italia u ddebutta għall-ewwel darba fl-2016. L-aħħar li kien fl-azzjoni ma’ Juventus kien fit-3 ta’ Novembru 2015 kontra Borussia Mönchengladbach qabel il-waqfa twila ta’ 3 xhur.

“Ħafna ħasbu li bejni u Juventus l-affarijiet marru żmerċ għax kont nieqes mil-azzjoni. Le mhux hekk. Ma stajtx nilgħab għal raġuni medika f’saqajja. Kollox pożittiv. Juventus għenuni ħafna u jien ta’ dan obbligat. Nispera li nkun iżjed konsistenti. Nirringrazzja lil Olympique de Marseille u Juventus tal-għajnuna kbira li wrew,” sostna Lemina.

Il-Franċiż issa hu disponibbli għal Allegri u jista’ jintagħżel għal-logħba ta’ nhar il-Ħadd f’Bergamo kontra Atalanta.

Sors: Gianluca di Marzio