Hekk kif intemmet il-partita bejn Juventus u Palermo jidher li kien hemm xi diżgwid bejn Massimiliano Allegri u Leonardo Bonucci. Jidher li fl-aħħar partita d-difensur li kien qed jiċċelebra t-300 partita tiegħu ma’ Juventus kien irrabjat għall-kowċ Allegri fejn intqal xi kliem destinat lejn xulxin miż-żewġ naħat. Ħafna mis-sapporters ta’ Juventus kienu sorpriżi u ddispjaċuti li ma rawx lil Bonucci mal-kumplament tat-tim għall-ġirja tradizzjonali ta’ quddiem is-sapporters mill-plejers ta’ Juventus. Jidher li Leonardo baqa’ dieħel dritt mill-ewwel fid-dressing room b’rabja kbira.
Din kienet it-tielet azzjoni negattiva lejn Allegri wara li Dybala ftit ġimgħat ilu rrifjuta li jieħu b’idejn Allegri filwaqt li ġimgħat ilu Lichtsteiner kien ukoll diżappuntat lejn Allegri wara li ġie sostitwit. Il-kowċ ta’ Juventus irrisponda għal dawn l-azzjonijiet.
“Dawn l-affarijiet huma normali li jiġru. Is-sostituzzjonijiet li għamilt illum kienu minħabba li l-plejers ma setgħux ikomplu l-logħba. Kien hemm nuqqas ta’ ftehim ma’ Bonucci iżda dawn l-affarijiet huma normali li jiġru.”
“Ma naħsibx li Bonucci qed jistudja diġà biex jilħaq kowċ. Fil-futur żgur kapaċi jagħmilha b’mod tajjeb però baqagħlu ħafna x’joffri bħala plejer.”
Wara dan l-atteġġament ta’ Bonucci fl-aħħar tal-logħba, il-plejer mistenni jeħel multa.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment