Il-leġġenda tal-Arġentina Lionel Messi tkellem dwar il-kompatrijott tiegħu Gonzalo Higuaín u appella biex dan jerġa’ jibda jissejjaħ man-nazzjonal.
“Fl-opinjoni tiegħi Gonzalo Higuaín hu wieħed mill-aqwa attakkanti fil-mument. Juri dan b’mod kostanti ma’ Juventus u allura għandu jkun preżenti wkoll man-nazzjonal,” stqarr Messi.
Kompla li t-tnejn li huma jitkellmu spiss u l-plejer ta’ Juventus “isofri ħafna meta jiġi kkritikat. Nemmen li n-nuqas ta’ konvokazzjonijiet fil-passat riċenti għamlulu tajjeb u llum qed jara l-affarijiet b’mod differenti.”
Lionel Messi kkonkluda l-intervista billi qal li “Gonzalo Higuaín għandu jkollu postu mal-Arġentina.”
Sors: Tyc Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






