Dawk kollha li se jattendu għall-ikla tal-Milied fuq bażi buffet organizzata mill-klabb f’The Victoria Hotel se jidħlu biċ-ċans li jakkwistaw wieħed minn sensiela ta’ rigali.

Dan grazzi għall-Eden Group, li offrewlna biljetti għall-films kif ukoll popcorn b’xejn lil dawk li jattendu, memberships għal Cynergi Health & Fitness Centre, biljetti għall-Eden Super Bowl, vouchers mingħand Tal-Kaptan Restaurant u Ela’s Scissor Hands, Hampers grazzi għal Dical House kif ukoll weekend break mingħand The Victoria Hotel.

Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawn l-isponsors kollha li għażlu li jgħinu lill-klabb, u fuq kollox lill-membri li se jingħaqdu magħna għal din l-ikla.