Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero żvela verżjoni iktar moderna tal-logo li akkumpanja lill-klabb matul il-mixja tal-aħħar snin.

Il-logo, li sar minn Gabiros-design, hu intiż li jakkumpanja l-mixja ġdida lejn klabb ikbar u iktar aċċessibbli fil-Marsa, li x-xogħol fuqu dalwaqt jitlesta biex ikun jista’ jiġi inawgurat f’Jannar.

Il-premises ġodda huma ferm ikbar minn dawk attwali u fuq kollox totalment aċċessibbli, b’numru ta’ faċilitajiet kif ukoll żona kbira ta’ parkeġġ madwar il-klabb.

Se jkun hemm ukoll mużew ġdid dedikat totalment għal Juventus. Il-Kumitat qed jistieden lill-Juventini Maltin li jixtiequ jikkontribwixxu b’xi mod għal dan il-mużew, kemm b’donazzjoni jew b’self. Dawk kollha interessati li jgħaddu xi materjal li jaħsbu li jista’ jkun utli huma mitluba jibagħtu email fuq info@juventusmalta.com.

Dan il-pass ġdid se jġib spejjeż kbar lill-Kumitat li jaħdem b’mod volontarju, u fuq kollox xogħol biex fi ftit xhur il-post ikun lest biex jilqa’ lill-Juventini Maltin.

L-appell hu biex dawk li jixtiequ jgħinu iżjed, kemm b’donazzjonijiet ta’ oġġetti, memorabilia jew materjal, inkella jixtiequ jagħtu daqqa t’id b’mod manwali jew ikunu sponsors tal-klabb, jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com biex jingħataw dettalji dwar il-pakketti ta’ riklamar.

dical-banner-1200×280