Il-paga tal-midfielder ta’ Lyon, Corentin Tolisso, ġiet sospiża wara dak li seħħ fid-derby tal-bieraħ kontra AS Saint-Étienne.
Tolisso, li qed jinteressa mhux ftit lil Juventus, għamel daħla kerha ħafna fuq wieħed mill-avversarji, bil-konsegwenza li ntwera karta ħamra diretta.
L-aħbar tas-sospensjoni ta’ Tolisso ngħatat fuq l-istazzjoni televiżiv uffiċjali ta’ Lyon, mill-President Jean-Michel Aulas. Filwaqt li ma ntqalx għal kemm se ddum din is-sospensjoni, tħabbru wkoll miżuri simili għal Rachid Ghezzal li wkoll tkeċċa f’din il-logħba.
Lyon tilfu d-derby bi skor ta’ 2-0.
Sors: OLTV






