It-tobba fl-Isptar San Giovanni Bosco ta’ Turin sfortunatament qatgħu qalbhom li Erika Pioletti, ta’ 38 sena, tibqa’ ħajja wara li nqabdet fil-folla ta’ Piazza San Carlo matul il-finali taċ-Champions League.

Pioletti nqabdet fil-folla, mgħaffġa minn għexieren ta’ persuni oħra li għamlu minn kollox biex jaħarbu mill-post waqt dak li kien maħsub li kien attakk terroristiku.

Kawża ta’ dan, Pioletti sofriet attakk tal-qalb li wassal għal danni kbar f’moħħha. Għalkemm għadha ħajja, it-tobba jemmnu li m’għadx hemm wisq x’jista’ jsir għal din it-tfajla u mistennija tmut f’ħin qasir.

Sors: ANSA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280