Wara l-konferma li Mattia Caldara se jissieħeb lil Juventus minn Ġunju li ġej, Il-President ta’ Atalanta Antonio Percassi kellu kliem ta’ tifħir għal dan it-trasferiment fejn sostna wkoll li ma’ Juventus, Caldara żgur li se jimmatura bħala plejer.
“Id-diskussjonijiet u ċ-ċifri fuq dan it-trasferiment dejjem imxew tajjeb ħafna u qatt ma kellna problemi fuqhom. Caldara se jibqa’ magħna sal-aħħar ta’ dan l-istaġun biex ikompli jimmatura u jkun lest għall-isfida li jmiss li jisimha Juventus.”
“Bħala fiżiku u statura lil Caldara ġa narah lest biex jidħol fit-tim ta’ Juventus. Wara li Gagliardini ssieħeb lil Inter, kien imiss li nbigħu lil Caldara. Huwa fatt li ma nistax immerih li ċifri bħal dawn għall-plejers tagħna ma nistgħux ngħidulhom le u Inter akkwistaw wieħed mill-aħjar midfielders tal-għaxar snin li ġejjin.”
Fit-trasferiment ta’ Mattia Caldara Juventus ħallsu s-somma ta’ 15-il miljun ewro apparti li hemm 6 miljun ewro oħra bħala bonuses iżda l-plejer se jkun uffiċjalment plejer ta’ Juventus f’Ġunju 2017.
Sors: TuttoJuve
Ħalli Kumment