L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala ammetta l-fatt li ma kien faċli xejn biex Juventus ma jsofrux gowl kontra l-qawwa tal-Katalani. F’10 partiti fil-Uefa Champions League f’dan l-istaġun, Juventus sofrew biss żewġ gowls.
“Ninsabu kuntenti ħafna li lħaqna dan it-tragward kontra tim b’saħħtu bħal dak ta’ Barcelona. Meta tikkunsidra r-rimonta li għamlu kontra PSG, konna nafu li ridna nkunu kompatti u nilagħbu għal xulxin. Li tagħmel 180 minuta mingħajr ma ssofri gowl bl-attakk li jippossjedu Barcelona mhijiex xi ħaġa faċli. Iż-żarbun il-ġdid li użajt ġabli l-fortuna għax skurjajt żewġ gowls fl-ewwel leg u llum ikkwalifikajna. Żgur li se nibqa’ nużah f’din il-kompetizzjoni.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment