Ir-referee Daniele Orsato se jkun qed jikkontrolla l-partita ta’ nhar il-Ħadd li ġej bejn Napoli u Juventus f’logħba valida mis-Serie A.
L-AIA ddeċidiet li taħtar lil Orsato bħala referee għal din il-partita għaliex mistennija tkun logħba kumbattuta bejn iż-żewġ timijiet anke minħabba r-ritorn ta’ Gonzalo Higuaín.
L-aħħar partita ta’ Juventus li kkontrolla Orsato kienet ir-rebħa ta’ 1-0 kontra Roma f’Diċembru li għadda.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






