Wara li ssejħet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero, skont l-istatut tal-klabb, sar tibdil importanti li ġie approvat b’mod unanimu u mingħajr oġġezzjonijiet.
Fost it-tibdil, ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni biex il-Kumitat jonqos fil-kompożizzjoni tiegħu biex issa se jkollu massimu ta’ ħdax-il membru.
Sakemm għalaq il-perjodu għan-nomini ta’ dawk li xtaqu jiffurmaw parti mill-klabb, il-Kumitat irċieva nomini daqs kemm hemm bżonn membri. Fid-dawl ta’ dan ma kienx hemm bżonn li ssir elezzjoni u allura l-karigi tqassmu fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat.
Kien hemm biss Peter Paul Cassar u Paul Valletta li xeħtu n-nomina tagħhom għal rwoli speċifiċi bħala Segretarju u Viċi President rispettivament. Dawn ma ġewx kuntestati u allura l-pożizzjonijiet tagħhom ġew aċċettati bla oġġezzjoni minn dawk preżenti.
Il-Kumitat, għall-perjodu 2019-2021, se jibqa’ mmexxi minn Marlon Hili li xeħet in-nomina tiegħu bħala membru tal-Kumitat iżda b’mod unanimu, dawk kollha preżenti esprimew fiduċja fih u x-xewqa li jkompli fil-kariga ta’ President.
Il-formazzjoni tal-Kumitat se tkun kif ġej:
– President: Marlon Hili
– Viċi President: Paul Valletta
– Segretarju: Peter Paul Cassar
– Assistent Segretarju: Jean Carl Ciscaldi
– Teżorier: David Baldacchino
– Assistent Teżorier: Marlon Hili
– Graphical Designers: Francesco Caruana u Gabriel Rosario Zammit
– Uffiċjal tal-Midja u PRO: Matthew Mamo
– Organizzaturi tal-Attivitajiet: Tony Mamo u Aris John Fenech
– Direttur tal-Klabb: Paul Valletta
Matul il-laqgħa ġew approvati wkoll ir-Rapport Amminitrattiv kif ukoll ir-Rapport Finanzjarju tal-klabb. Dan inqraw u ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni jew riserva għalihom.
Il-Kumitat jirringrazzja lil Max Zammit u Mark Zahra li servew fil-Kumitat preċedenti iżda mhux se jkunu parti mill-Kumitat ġdid għal raġunijiet varji u personali. Il-ħidma tagħhom tibqa’ apprezzata u se tibqa’ titgawda mill-membri tal-klabb.