minn Jean Borg

Ġie fi tmiemu tour ieħor b’suċċess għall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero li għen lil 21 membru fi vjaġġ twil imma sodisfaċenti lejn il-Portugall.

Bi pjaċir ninnutaw ukoll li matul il-logħba, fix-xandira ta’ Mediaset Premium li ntweriet fuq livell internazzjonali, il-banner tal-klabb ‘Malta Presente’ dehret bi prominenza.

Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jkompli jikkonferma ruħu bħala l-klabb li jassisti lill-Juventini Maltin anke lil hinn minn Turin.

Il-klabb onorat ukoll li permezz tat-tours tiegħu qed iwassal isem pajjiżna madwar l-Ewropa wkoll.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280