Manchester City qed jirriskjaw li ma jkunux jistgħu jixtru plejers għal żewġ sessjonijiet tas-suq tat-trasferimenti.

Dan hekk kif il-FIFA talbet id-dokumenti relatati mat-trasferiment taż-żagħżugħ Malti Myles Beerman, li ngħaqad ma’ Manchester City mingħand Floriana F.C.

Jirriżulta li hemm allegazzjonijiet li Manchester City mhux vera akkwistaw lil Beerman b’self meta kellu 13-il sena, u trasferiment permanenti meta kellu 15-il sena.

L-akkużi huma li fil-verità Beerman inxtara għal kollox mingħand Manchester City meta kellu 13-il sena. Ir-regoli tal-futbol jgħidu li plejer ma jistax jinxtara qabel jagħlaq 15-il sena.

Sors: Goal.com