Illejla se tkun serata speċjali mhux biss għas-sapporters Juventini kif ukoll għall-plejers li se jikkompetu f’lejl ieħor Ewropew. Speċjalment Mario Mandžukić u Marko Pjaca li se jkunu qed jirritornaw f’art twelidhom u fil-grawnd fejn bdew l-ewwel passi tal-karriera tagħhom.

Il-belt ta’ Zagreb hi marbuta mal-Kroati Mario Mandžukić u Marko Pjaca u allura se tkun emozzjoni kbira għaż-żewg plejers Kroati, preżentament żewg plejers Juventini.

Forsi min jaf, jistgħu jkunu deċiżivi matul il-lejl. Inħallu f’idejn Max Allegri u l-istaff.

dical-banner-1200×280