L-attakkant Kroat Mario Mandžukić ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus sal-2020.
Mandžukić, li għandu 31 sena, kien ingħaqad ma’ Juventus fl-2015 mingħand Atlético de Madrid. Minn dakinhar mhux biss sar plejer vitali għall-iskwadra, imma wkoll idolu tal-partitarji u opportunità għas-soċjetà f’dak li għandu x’jaqsam ma’ marketing.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






