L-attakkant Kroat Mario Mandžukić jista’ jitlef il-finali taċ-Champions League.
Stqarr dan l-eks referee internazzjonali Graziano Cesari, wara li l-attakkant deher jagħti daqqa ta’ minkeb lil Fabinho, ta’ Monaco.
“Mhux eskluż li l-Qorti tal-Appell tal-UEFA titlob li tanalizza l-filmati tal-intervent ta’ Mario Mandžukić. Jekk iseħħ dan u jkun ippruvat li sar intervent irregolari, Mandžukić jista’ jitlef il-finali,” iddikjara Cesari.
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






