L-opinjonista ta’ Raisport Mario Sconcerti ddikjara li fl-opinjoni tiegħu l-iskwadra attwali ta’ Juventus hi iktar kompluta mill-Inter tal-2010.
“Nemmen li għaddejja rivoluzzjoni fil-futbol tagħna lejn l-Ewropa, li għandha twassal biex insiru aħna l-Ewropa. L-ikbar avversarju issa hu Real Madrid, li nemmen li mhux inferjuri għal Juventus … se tkun logħba bilanċjata,” stqarr Sconcerti.
Kompla li “din l-iskwadra ta’ Juventus hi iktar kompluta minn dik ta’ Inter fl-2010.”
Sors: Raisport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






