Massimiliano Allegri tkellem fuq il-possibbiltà li Marko Pjaca jibda l-partita mill-bidu kontra Palermo anke minħabba l-fatt li Mario Mandžukić huwa sospiż. Huwa tenna li Pjaca jrid jaħdem iktar jekk verament irid jilħaq livelli iktar għoljin.

“Kontra Palermo rrid nara min se jieħu post Mandžukić. Hemm ċans li nilagħbu bi tlieta fin-nofs però jekk niddeċiedi li nilagħbu b’4 fuq quddiem, irrid nagħżel min se jilgħab fuq il-linja xellugija bejn Stefano Sturaro u Marko Pjaca.

Pjaca jrid jibda jifhem li biex tilħaq ċertu livelli fil-karriera tal-futbol trid taħdem ħafna iktar. Bil-kwalità biss fil-futbol ma tasal imkien, iżda trid tagħmel sagrifiċċji kbar. Bħala plejer għandu kwalità kbira iżda aħna Juventus u jekk trid issir plejer ta’ livell għoli trid tagħmel ħafna sagrifiċċji.”

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280