Fl-aħħar ġranet l-ispekulazzjoni li Allegri se jkun is-suċċessur ta’ Wenger żdiedet ħafna però jidher li l-kowċ Taljan ippropona kuntratt b’ċertu kundizzjonijiet lid-diriġenti ta’ Juventus.
Allegri ppropona kuntratt ta’ 4 snin b’4 miljun ewro kull staġun u jkollu awtorità assoluta fejn għandu x’jaqsam it-tim. Il-kuntratt ta’ Allegri jiskadi f’Ġunju li ġej u issa d-deċiżjoni hija biss f’idejn id-diriġenza. Fil-jiem li ġejjin mistennija jibdew id-diskussjonijiet iżda Allegri huwa mifhum li jrid risposta sal-aħħar ta’ Marzu.
Sors: Il Tempo
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment