Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri kellu argument ma’ uffiċjali taż-żamma tal-ordni wara li rċieva multa għax kien qed isuq waqt li juża l-mobile.
Malli l-uffiċjali waqqfu lil Allegri f’via Cavour, talbuh jipproduċi l-liċenzja minħabba l-ksur ta’ liġi f’episodju li kien isarraf f’multa ta’ madwar €100.
Iżda minflok, Allegri nfexx fl-uffiċjali b’tgħajjir u offiżi (fosthom bil-kelma falluti), tant li l-istess uffiċjali ħassew il-bżonn li fl-istess waqt iċemplu lis-superjuri tagħhom.
Jirriżulta li kollox beda minħabba li Allegri ma kellux il-liċenzja fuqu. Ironikament, l-uffiċjali tal-Pulizija huma mill-istess grupp li s-soltu jiskortaw il-kowċ ta’ Juventus qabel u wara l-logħob.
Sors: La Stampa
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






