F’intervista qabel il-partita ta’ kontra Sassuolo, id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus Beppe Marotta ċaħad l-ispekulazzjonijiet li Allegri se jissieħeb ma’ Arsenal u saħaq li hu jinsab kuntent ma’ Juventus.

“Preżentement Allegri jinsab taħt kuntratt ma’ Juventus u jinsab kuntent ħafna u ffukat fuq it-tim ta’ Juventus biss. Allegri wassalna għal diversi suċċessi u aħna lkoll nixtiequ nkomplu naħdmu miegħu għal ħafna snin,” saħaq Marotta.

Beppe Marotta tkellem ukoll fuq il-formazzjoni l-ġdida li qed juża Massimiliano Allegri, il-4-2-3-1.

“B’din il-formazzjoni l-ġdida, Miralem Pjanić qed joħroġ l-aqwa tiegħu. Waħda mil-karatteristici ta’ kowċ bravu hija li joħrog l-aħjar mill-plejers tiegħu anke meta jbiddel is-sistema tiegħu. Jien ninsab fiduċjuż u ottimist li din is-sistema l-ġdida se twassalna għal ħafna suċċessi”.

“Minkejja t-tluq mil-linja xellugija ta’ Patrice Evra, aħna diġà għandna min jimla l-vojt tagħhom. Kwadwo Asamoah u Federico Mattiello huma tnejn minnhom apparti l-ikbar alternattiva tagħna, Alex Sandro”.

Sors: TuttoJuve

dical-banner-1200×280