Wara l-partita kontra Monaco, il-kowċ Juventin Massimiliano Allegri spjega r-raġuni għala għal din il-partita ħalla lil Juan Cuadrado fuq il-bankina u minfloku beda l-partita Andrea Barzagli.

“Dak li għamilt huwa sempliċi. Minħabba li kelli lil Sami Khedira sospiż u minħabba li Monaco huma perikolużi fil-kontrattakki, ridt plejer li jimmarka b’mod preventiv. Ridt ukoll plejer li huwa tajjeb fil-blalen fl-arja bħal Andrea Barzgali, li fl-opinjoni tiegħi kellu prestazzjoni mill-aqwa, għaliex Marchisio huwa inqas tajjeb fl-arja. Bażikament dawn kienu r-raġunijiet għat-tibdila li wettaqt.”

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280