Hekk kif illum Juventus jirritornaw għat-taħriġ, Massimiliano Allegri qed jittama li jirkupra l-plejers qabel il-logħba diffiċli kontra Roma.

Irkupru importanti mistenni jkun Sami Khedira, f’midfield mifni mill-injuries u plejers li ma ngħatawx mistrieħ, bil-konsegwenza li Allegri hu nieqes mill-għażla. Il-Ġermaniż mistenni jibda mill-bank tas-sostituti u aktarx jidħol matul il-logħba wara li ilu nieqes mil-logħba tal-11 ta’ Novembru kontra Milan.

Jirritorna Rodrigo Bentancur, li kien sospiż għal-logħba kontra Torino, waqt li Emre Can jidher li rkupra għalkollox mill-operazzjoni fit-tirojde, għalkemm jista’ jkun li jitlef xi partijiet mil-logħob li jmiss biex jilħaq l-aqwa kundizzjoni tiegħu.

Fid-difiża jirritorna Leonardo Spinazzola, li aktarx jingħata d-debutt wara injury twila. Debutt li mistenni f’waħda mil-logħbiet li jmiss, qabel tmiem is-sena, u bħala sostitut biex b’hekk ikun lest għat-tieni parti tal-istaġun.

Iktar għażliet fl-attakk, li se jwasslu biex Cristiano Ronaldo, fi kliem Allegri stess, jieqaf għal waħda mit-tliet logħbiet li jmiss biex jistrieħ. Dan waqt li João Cancelo ġie operat, u Juan Cuadrado sofra injury hu wkoll, u għalhekk mistenni lura lejn tmiem Jannar jew il-bidu ta’ Frar.

Sors: Il Corriere dello Sport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280