Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri għadu ma ġeddidx il-kuntratt tiegħu mal-klabb hekk kif għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mad-diriġenza dwar il-kundizzjonijiet li jrid jiffirma għalihom.

Jirriżulta li Allegri qed jitlob paga ta’ madwar €8 miljun kif ukoll żewġ akkwisti ta’ portata li jtuh spinta fl-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League.

Jirriżulta li fl-isfond tat-talba tiegħu hemm offerta ta’ €10 miljun f’paga kull sena mingħand PSG.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280