Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ddikjara li mhux biżżejjed li l-iskwadra tiegħu tilgħab għax-0-0 fil-logħba ta’ ritorn kontra Barcelona.
“Ma nistgħux immorru f’Barċellona u nilagħbu għax-0-0. L-objettiv lanqas hu li niskurjaw gowl, imma mill-inqas tnejn. Irridu nkunu agressivi iktar milli konna f’Turin, kuraġġużi, luċidi u nilagħbu għall-gowls,” wissa Allegri.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






