Jidher li hemm determinazzjoni kemm mis-soċjetà kif ukoll min-naħa tiegħu, biex il-kowċ Massimiliano Allegri jġedded sal-2019.
Fil-jiem li ġejjin mistennija laqgħa mad-diriġenza, bl-indikazzjonijiet juru li s-soċjetà u Allegri jilħqu kompromess għal paga ta’ bejn €6 miljun u €7 miljun fis-sena u numru ta’ akkwisti importanti biex mill-ġdid isir tentattiv ieħor għar-rebħ taċ-Champions League.
Il-laqgħa mistennija ssir bejn illum u għada.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






