Il-preżentatur ta’ Rai Massimo Giletti, magħruf li hu Juventin iffissat, żar il-lukanda Palazzo Caracciolli fil-kwartier ta’ San Giovanni a Carbonara bil-flokk ta’ Cristiano Ronaldo ffirmat.
Ir-raġuni għall-preżenza ta’ Giletti f’din iż-żona fejn qed joqogħdu Real Madrid hi minħabba li l-preżentatur Taljan hu ħabib ta’ Zinedine Zidane.
Iżda din iż-żjara wasslet għal reazzjoni min-Naplitani u wassal għal tgħajjir, kori kontrih, attakki personali u saħansitra l-kor “chi non salta juventino è.”
Giletti kien sfurzat jidħol lura fil-lukanda, minn fejn ħareġ akkumpnjat fost biża’ għas-sigurtà tiegħu.
Sors: Il Mattino
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






