Il-grupp Mediaset ma ħax sehem fis-sejħa għall-offerti għal-logħob tas-Serie A għall-perjodu bejn l-2018 u l-2021.

Dan tħabbar mill-istess grupp li fi stqarrija qal li “s-sejħa għall-offerti hi waħda inaċċettabbli għaliex maħruġa bl-għaġla mil-Lega, fis-26 ta’ Mejju li għadda, biex ikun antiċipat l-irkant għad-drittijiet taċ-Champions League, bil-konsegwenza li ġew penalizzati l-parti l-kbira tal-partitarji Taljani.”

Fl-irkant għad-drittijiet tas-Serie A pparteċipaw ukoll Sky (b’offerta ta’ €440 miljun għall-esklussività u inqas minn dak mistenni), Perform u kumpanija ġdida bl-isem Italia Way srl. Dawn tal-aħħar ukoll ipprotestaw formalment għall-mod kif saru l-affarijiet.

Is-sitwazzjoni issa tfisser li se jkollu jibda mill-ġdid dan il-proċess kollu tal-irkant għad-drittijiet tas-Serie A.

Sors: La Repubblica

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280