Membri tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, immexxija mill-President tal-klabb Omar Busuttil u s-Segretarju Jean Borg, is-Sibt waranofsinhar iltaqgħu mal-Italian Magpies.
L-Italian Magpies huma partitarji Taljani li jissimpatizzaw ukoll ma’ Notts County, biex b’hekk baqgħu jgħożżu r-relazzjoni storika bejn iż-żewġ klabbs. Għal din il-laqgħa, ilbieraħ Notts County kienu rappreżentati minn Andy Black u martu Lisa.
Din ir-relazzjoni tmur lura għall-1903, meta Notts County irrispondew għas-sejħa ta’ John Savage u sellfu sett ta’ flokkijiet bi strixxi bojod u suwed lil Juventus. Minn dakinhar, il-kuluri ta’ Juventus inbidlu mir-roża għall-istrixxi bojod u suwed.
F’Settembru 2011 Juventus u Notts County ġeddew ir-relazzjoni tagħhom meta l-Ingliżi, l-eqdem klabb fid-dinja li fil-preżent hu professjonali, kienu mistiedna għal-logħba inawgurali tal-Juventus Stadium.