L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala għaraf li żbalja meta rrabja wara li ġie sostitwit u naqas milli jieħu b’idejn il-kowċ Massimiliano Allegri.
“Żbaljajt. Mhux se tiġri darb’oħra li nonqos mir-rispett lejn il-kowċ Massimiliano Allegri,” qal Dybala lil Sky Sport.
Wara dan l-episodju, id-difensur Leonardo Bonucci kien qal li Dybala skuża ruħu ma’ sħabu, u fil-logħba ta’ wara spikkat it-tgħanniqa bejn Allegri u l-attakkant Arġentin.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






