L-aġent Mino Raiola mistenni fl-Italja għal diskussjonijiet dwar il-futur tal-goalkeeper Gianluigi Donnarumma.
Madankollu, iż-żewġ partijiet jinsabu f’fażi delikata ħafna, b’Milan li ddejqu jistennew żviluppi tant li issa qed jirrikattaw lill-aġent Taljan.
Jingħad li d-Direttur Sportiv Massimiliano Mirabelli għamel kuntatt dirett maż-żagħżugħ bil-konsegwenza li rrabja lill-aġent tiegħu tant li d-diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-kuntratt kienu se jintemmu ħesrem u definittivament.
Saħansitra jingħad li Milan qalu lil Raiola li jekk Donnarumma ma jġeddidx, il-klabb ma jżommx lanqas lill-plejers l-oħra li jirrappreżenta. Finalment, l-affarijiet ikkalmaw, għallinqas sal-laqgħa li mistennija ssir il-Ħamis, wara li l-Kap Eżekuttiv ta’ Milan, Marco Fassone, ikkuntattja lil Mino Raiola.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






