Il-UEFA ftit tal-ħin ilu kkonfermat li mill-istaġun 2018/19, l-ewwel erba’ timijiet li se jikkwalifikaw fis-Serie A se jkunu qegħdin jikkwalifikaw direttament għall-fażi tal-gruppi tal-Uefa Champions League.

Flimkien mal-Italja, se jkun hemm it-timijiet minn Spanja, Ġermanja u l-Ingilterra minħabba li dawn huma l-aqwa erba’ assoċjazzjonijiet u din se tibqa’ fis-seħħ sakemm ma jiġrix xi ħaġa sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Din l-aħbar giet konfermata anke minħabba l-fatt li l-Portugall ħargu mil-lista tal-ewwel sitta u l-klabbs Portugiżi huma kollha eliminati mill-Ewropa. Franza u r-Russja se jkollhom post wieħed garantit fil-gruppi u se jkollhom post ieħor għall-fażi preliminari.

Sors: UEFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280