L-eks goalkeeper ta’ Arsenal Jens Lehmann tkellem dwar l-ispekulazzjonijiet li Allegri jista’ jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Arsenal. Il-kowċ ta’ Juventus ilu għal dawn l-aħħar xhur jissemma li se jieħu post Wenger anke minħabba l-fatt li s-sapporters ta’ Arsenal huma mdejqin għall-aħħar bil-kowċ Franċiż.

“Min huwa Allegri, bir-rispett kollu lejh? Huwa kapaċi biss fl-Italja. Jekk Allegri jkun kowċ ta’ Arsenal ma jfissirx li se nirbħu kull tazza possibbli għax bir-rispett kollu lejh, preżentement huwa kowċ fl-Italja u meta tgħid hekk ifisser ħafna. Meta tara l-istil ta’ futbol li juża, żgur li mhux ideali għal Arsenal.”

Sors: The Sun