Fi tmiem il-partita kontra Inter, il-midfielder Juventin Miralem Pjanić kien mistoqsi rigward ir-reazzjoni tiegħu wara li ġie mibdul ma’ Rodrigo Bentancur fis-86 minuta.

Pjanić ikkonferma li kien hu li talab is-sostituzzjoni minħabba li fit-tieni taqsima qala’ daqqa li bdiet ittih fastidju.

“Iva, nikkonferma li jien tlabt is-sostituzzjoni minħabba li ma kontx komdu għaliex qlajt daqqa fit-tieni taqsima. Xħin rajt li se niġi mibdul ippruvajt inħaffef kemm jista’ jkun biex is-sostituzzjoni ma tiħux ħafna ħin minħabba li kien fadal ftit ħin għal tmiem il-partita.”

Sors: Mediaset Premium

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280