F’intervista ma’ SkySport24 Miralem Pjanić kien mistoqsi dwar x’ġara fl-intervall tal-finali ta’ Cardiff, fejn għal darb’oħra r-risposta kienet li ma’ ġara xejn għajr l-istruzzjonijiet li ta Allegri. Fil-fatt ikkummenta hekk:

“Qrajt minn kollox imma mhix il-verità. Tlifna l-logħba kontra avversarju iebes li wera li hu aħjar minna.”

Meta mistoqsi dwar l-istaġun li ġej, il-Bożnijo-Ħerzegovin wieġeb: “L-istaġun li għadda nsejnieh; għamilna sena tajba ħafna imma mhux eċċezzjonali għax ma rbaħniex iċ-Champions League. Din is-sena se nerġgħu nippruvaw. U l-kampjonat se jkun iktar ikkumplikat: hemm Inter, Milan, Napoli u Roma li jistgħu jikkompetu għar-rebħ tal-unuri.”

Finalment, tkellem ukoll dwar Leonardo Bonucci: “Leonardo kien ilu hawn għal ħafna snin, kien jaf il-klabb tajjeb u kien jaf kif jaħdmu Juventus. Iddeċieda li jitlaq, bħalma kull sena jitilqu u jiġu plejers ġodda. Kienet għażla tiegħu u nawgurawlu kull risq. Iżda aħna se nerġgħu nibdew mill-plejers li hawn u dawk li se jaslu, dejjem immotivati. Mhix se tkun faċli li nilħqu l-għanijiet kollha tagħna, imma Juventus dejjem kienu kapaċi jqumu bil-kbir.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280