L-eks Direttur Ġenerali ta’ Juventus Luciano Moggi kkummenta dwar il-futur tal-kowċ preżenti ta’ Juventus u dwar il-kowċ nazzjonali Antonio Conte mas-sit ‘Tuttomercatoweb’.

“Conte-Chelsea? Kowċ bravissimu, se jaqta’ figura tajba żgur jekk imur l-Ingilterra. Tkun problema kbira għan-Nazzjonal jekk Conte jieħu l-istaff kollu miegħu.”

“Allegri se jibqa’ Turin żgur. Dejjem għidt li Juventus jitilgħu ‘l fuq u jaslu sal-quċċata. Brava Juve, bravu Allegri,” qal Luciano Moggi waqt l-istess intervista.

Sors: Tuttojuve/Tuttomercatoweb