L-attakkant ta’ Juventus Moise Kean, li bħalissa għaddej minn forma mill-aqwa, spiċċa f’nofs kontroversja familjari tant li fl-aħħar sigħat kellu jirrispondi b’ton aħrax lil missieru.

Biourou Jean Kean, il-missier, fl-aħħar jiem reġa’ kkritika lil Juventus għax skont hu ma rrispettawx il-ftehim li kien hemm. “Ommu riedet li tieħdu lejn l-Ingilterra imma jien għażilt li jibqa’ fl-Italja. Talli għamilt dan, Juventus wegħduni żewġ tractors biex naħdem imma m’onorawx il-ftehim, anzi lanqas għadhom ituni biljetti għal-logħob u m’għadnix milqugħ.”

Dawn id-dikjarazzjonijiet xejn ma niżlu tajjeb ma’ Moise, li f’risposta permezz ta’ Instagram iddikjara hekk: “Tractors? Ma nafx fuq xiex qed titkellem. Jien ir-raġel li jien grazzi biss għal ommi, u b’dan għidt kollox! Tinsiex min itikom x’tieklu.”

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280