Is-sit ta’ Calciomercato jsemmi wkoll lil Malta meta kien qed jitkellem dwar il-problemi personali li qed jaffaċċja Paulo Dybala u li qed jaffettwaw il-prestazzjonijiet tiegħu fil-grawnd.
Jirriżulta li fil-preżent Paulo Dybala u ħuh qed iħejju kontro-kawża għall-eks aġent Pier Paolo Triulzi. Dybala kien ħalla lil dan l-aġent propju biex iħalli f’idejn ħuh, bil-konsegwenza li Triulzi qed jitlob miljuni f’riżarċiment.
Mhux biss, u hawn fejn tidħol Malta. Dan hekk kif bejn il-plejer u Puma ma’ tantx għaddej żmien mill-isbaħ tant li l-istess kumpanija fetħet kawża kontrih fil-ġimgħat li għaddew.
Skont Calciomercato, meta Paulo Dybala kien ma’ Palermo, ċeda d-drittijiet ta’ immaġni lil kumpanija Maltija għal perjodu ta’ għaxar snin. Din il-kumpanija laħqet ftehim ma’ Puma matul is-sajf li għadda, wara l-bidla fl-aġent, bil-konsegwenza li Dybala ried li jbiddel il-ftehim li kellu mal-kumpanija Maltija. Dan għaliex Dybala u ħuh ma jridux jintrabtu għal kważi karriera sħiħa ma’ kumpanija waħda.
Sors: Calciomercato
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






